Religione e vita civile: il cristianesimo nel postmoderno
In: Temi del nostro tempo
28265 Ergebnisse
Sortierung:
In: Temi del nostro tempo
In: http://mdz-nbn-resolving.de/urn:nbn:de:bvb:12-bsb10770993-9
Volltext // Exemplar mit der Signatur: München, Bayerische Staatsbibliothek -- Pol.g. 930
BASE
In: Patristic studies Vol. 6
In: Rubbettino Università
In: Texte zur Forschung 12
MALTI: L-istorja ta' Sqallija mis-seklu disgħa sas-seklu tnax intisġet madwar sensiela ta' ġrajjiet li bidlulha darba għal dejjem il-karattru tagħha. Sakemm ħakmu l-gżira minn idejn il-Biżantini, l-Għarab damu mis-sena 827 sas-sena 902. Il-kontroll ta' l-ikbar gżira Mediterranja tahom is-setgħa li jikkolonizzawha, u dan wassal sabiex l-ilsien, it-twemmin u l-kultura tad-dinja Għarbija rabbew l-għeruq bis-saħħa tal-klassi ġdida mexxejja u ta' parti mdaqqsa mill-popolazzjoni li waslet hekk kif il-gżira saret parti minn Dar l-Islam. Madankollu, fi Sqallija tas-seklu ħdax kien għadhom jgħixu eluf ta' nsara Griegi, kif ukoll għadd imdaqqas ta' Lhud. Il-ħakma Normanna ta' Sqallija ġabet magħha bidla kbira fil-ġerarkija politika u soċjali tal-pajjiż. Minn tmiem is-seklu ħdax il-gżira ssieħbet ma' l-Ewropa Latina, u dan nissel tibdil mill-qiegħ fl-istrutturi tal-ħajja u fl-identitajiet individwali u kollettivi ta' sa differenti. Fis-seklu tnax Sqallija kellha sehem ewlieni fit-tfassil tas-Saltna Normanna, u l-belt ewlenija tagħha, Palermo, nbidlet minn metropoli Gharbija f'belt kapitali rjali. Dan l-istudju qasir jifli l-iżviluppi li seħħew taħt in-Normanni, u jingħaqad ma' storiċi ta' żmienna li leħħnu dubji dwar il-kwadru pożittiv ta' tolleranza reliġjuża u etnika fl-istorjograja tradizzjonali ta' Sqallija minn Ruġġieru II sa Federiku II. Minflok, qegħdin joħorġu iżjed ċari t-tensjonijiet u l-firdiet bejn komunitajiet differenti Sqallin skond twemmin reliġjuż u nisel etniku. Sa nofs is-seklu tlettax, il-popolazzjoni Musulmana ta' Sqallija kienet għebet għal kollox, bl-aħħar ftit eluf itturufnati fil-belt ta' Lucera; fil-waqt li l-kultura nisranija Griega ġiet imwarrba, u l-Għarbi baqa' mitkellem biss mill-minoranza Lhudija, flimkien man-nies ta' Malta, Għawdex u Pantellerija. L-iSqalli ta' tmiem is-seklu tlettax ftit li xejn kellu x'jaqsam ma' l-imgħoddi Għarbi tal-gżira, bħallikieku l-istorja ta' Sqallija bdiet fl-1091.
BASE